![1967_in_Malta_(Brian-Harrington-Spier)](https://i0.wp.com/www.jimmygrima.com/wp-content/uploads/2021/01/1967_in_Malta_Brian-Harrington-Spier.jpg?fit=300%2C200&ssl=1)
il-Qamar
“…jien is-soltu nħares lejn il-qamar. Għax il-qamar, meta jkun ġej maltemp ikollu l-qiegħa. Jekk ikun ġej ftit ikollu ftit. Mhux ikun ċar bħal ma hija l-bozza imma jkollu qiegħa miegħu. Sinjali li jkun hemm xi riħ. Imma dan kellu qiegħa imma jien peress li kont flgħaxija għall-għasafar, mort u ma ħaristx ’l hemm. Li niżel… mhux taqtir niżel. Qisu bil-bramel. Però kien hemm tmien trombi fuq il-baħar. Ngħidulhom ‘bżieżel tal-ajru’. Beżżul meta tkun sħaba u tniżżilha hekk.”